TALB LIL OMMNA MARIJA (mis-Sit Laikos.org)
1. Is-Sliema u l-Qaddisa (Ave Maria)
Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.
2. Is-Sliem għalik, Sultana (Salve Regina)
Sliem għalik, Sultana, Omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, turufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ.
Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnAmment, lil Ġesù frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija.
3. Is-Salve Regina bil-Latin
Salve, Regina, mater misericordiae: Vita, dulcedo, et spes nostra, salve. Ad te clamamus, exsules, filii Hevae. Ad te suspiramus, gementes et flentes In hac lacrimarum valle. Eia ergo, Advocata nostra, Illos tuos misericordes oculos Ad nos converte. Et Jesum, benedictum fructum ventris tui, nobis, post hoc exsilium ostende. O clemens! O pia! O dulcis Virgo Maria!
4. Il-misteri tar-Rużarju tal-Verġni mqaddsa Marija
Tal-Ferħ (it-Tnejn u s-Sibt)
1. Meta l-anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla. 2. Meta Sidtna Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Santa Eliżabetta. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem. 4. Meta Sidtna Marija ppreżentat lil Binha Ġesù fit-tempju. 5. Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Ġesù u, wara tlitt ijiem, sabitu fit-tempju jiddisputa mad-dutturi.
Tad-Dawl (il-Ħamis)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan. 2. Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna t’Allau sejjaħ għall-indiema. 4. Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor. 5. Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru tal-Għid.
Tal-Tbatija (it-Tlieta u l-Ġimgħa)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-ort u għereq l-għaraq tad-demm. 2. Meta Sidna Ġesù Kristu kien marbut mal-kolonna u fflaġellat. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu kien inkurunat bix-xewk. 4. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mgħobbi s-salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju. 5. Meta Sidna Ġesù Kristu kien mislub fuq is-salib u, wara tliet sigħat tal-agunija, miet.
Tal-Glorja (l-Erbgħa u l-Ħadd)
1. Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet. 2. Meta Sidna Ġesù Kristu tela’ s-sema. 3. Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli. 4. Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-sema bir-ruħ u l-ġisem. 5. Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata mit-Trinità qaddisa, u mgħollija fuq il-kori kollha tal-anġli.
Litanija tal-Verġni Mqaddsa Marija
Mulej, ħniena. Mulej, ħniena Kristu, ħniena Kristu, ħniena Mulej, ħniena Mulej, ħniena Kristu, ismagħna Kristu, ismagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Kristu, ilqa’ t-talb tagħna Missier etern Alla Ħenn għalina Iben Alla li fdejt id-dinja Ħenn għalina Spirtu qaddis Alla Ħenn għalina Trinità qaddisa, Alla wieħed Ħenn għalina
Imqaddsa Marija Itlob għalina Imqaddsa Omm Alla Itlob għalina Imqaddsa xebba tax-xbejbiet Itlob għalina
Omm ta’ Kristu Itlob għalina Omm il-Knisja Itlob għalina Omm tal-grazzja t’Alla Itlob għalina Omm l-iżjed safja Itlob għalina Omm l-iżjed nadifa Itlob għalina Omm u xebba Itlob għalina Omm bla tebgħa Itlob għalina Omm li tistħoqq l-imħabba Itlob għalina Omm tal-għaġeb Itlob għalina Omm tal-parir it-tajjeb Itlob għalina Omm ta’ min ħalaqna Itlob għalina Omm ta’ min salvana Itlob għalina
Xebba kollok għaqal Itlob għalina Xebba li tistħoqq kull qima Itlob għalina Xebba li tistħoqq kull foħrija Itlob għalina Xebba kollok setgħa Itlob għalina Xebba kollok ħniena Itlob għalina Xebba dejjem marbuta ma’ Alla Itlob għalina
Mera tal-qdusija Itlob għalina Tron tal-għerf Itlob għalina Bidu tal-ferħ tagħna Itlob għalina Għamara tal-Ispirtu s-Santu Itlob għalina Għamara ta’ kull grazzja Itlob għalina Għamara ta’ kull tjieba Itlob għalina Warda mistika Itlob għalina Torri ta’ David Itlob għalina Torri tal-avorju Itlob għalina Dar tad-deheb Itlob għalina Arka tar-Rabta l-ġdida Itlob għalina Bieb tas-sema Itlob għalina Kewkba ta’ filgħodu Itlob għalina Saħħa tal-morda Itlob għalina Kenn tal-midinbin Itlob għalina Faraġ tal-imnikktin Itlob għalina Għajnuna tal-insara Itlob għalina
Sultana tal-anġli Itlob għalina Sultana tal-patrijarki Itlob għalina Sultana tal-profeti Itlob għalina Sultana tal-appostli Itlob għalina Sultana tal-martri Itlob għalina Sultana tal-konfessuri Itlob għalina Sultana tal-Verġni Itlob għalina Sultana tal-qaddisin kollha Itlob għalina Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa Itlob għalina Sultana mtellgħa s-sema Itlob għalina Sultana tar-Rużarju mqaddes Itlob għalina Sultana tal-familja Itlob għalina Sultana tal-paċi Itlob għalina
Ħaruf t’Allali tneħħi d-dnubiet tad-dinja aħfrilna, nitolbuk, Mulej Ħaruf t’Allali tneħħi d-dnubiet tad-dinja ismagħna, nitolbuk, Mulej Ħaruf t’Allali tneħħi d-dnubiet tad-dinja ħenn għalina
Itlob għalina, qaddisa Omm Alla biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
(mill-Gandlora sal-Għid u minn wara żmien il-Għid sa l-Avvent)
Agħti lilna, qaddejja tiegħek, Mulej Alla, nitolbuk, li ngawdu dejjem is-saħħa fir-ruħ u l-ġisem, u bit-talb glorjuż tal-imqaddsa Marija dejjem Verġni nkunu meħlusa mid-dwejjaq ta’ issa u ngawdu l-hena ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
(mill-Avvent sal-Milied)
O Alla, int li ridt li mat-tħabbira tal-anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu mgħejjunin mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Ammen.
(mill-Milied sal-Gandlora)
O Alla li bis-saħħa ta’ Marija, Verġni u Omm, tajtna l-ħlas tal-ħajja ta’ dejjem, agħtina, nitolbuk, li nġarrbu l-qawwa tat-talba tagħha, li biha stajna nilqgħu ’l min tana l-ħajja ta’ dejjem, Ibnek Ġesù Kristu Sidna. Ammen.
(fi żmien l-Għid)
O Alla, li, bil-qawmien mill-mewt ta’ Ibnek Ġesù Kristu Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
5. Angelus
Ċ: L-anġlu t’Allaħabbar lil Marija. P: U hija saret Omm mill-Ispirtu s-Santu. Sliema.
Ċ: Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej. P: Ikun minni skont kelmtek. Sliema.
Ċ: U l-Iben t’Allasar bniedem. P: U għammar fostna. Sliema.
Ċ: Itlob għalina, qaddisa Omm Alla. P: Biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.
Nitolbu
Xerred, Mulej, fi qlubna l-grazzja tiegħek, biex aħna li, bit-tħabbira tal-anġlu, għarafna li Kristu, Ibnek, sar bniedem, bil-passjoni u l-mewt tiegħu, naslu għas-sebħ tal-qawmien mill-imwiet. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Glorja. (x3)
Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja. P: Itlob għalina.
Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.
Ċ: Jistrieħu fis-sliem. P: Ammen.
Regina Coeli (fi żmien l-Għid)
Ċ: Sultana tas-sema, ifraħ: hallelujah. P: Għaliex dak li stħaqqlek tkun Ommu: hallelujah.
Ċ: Qam minn bejn l-imwiet, kif kien qal: hallelujah. P: Itlob ’l Alla għalina: hallelujah.
Ċ: Ifraħ u thenna, Verġni Marija: hallelujah. P: Għaliex il-Mulej qam tassew minn bejn l-imwiet: hallelujah.
Nitolbu
O Alla, li bil-qawmien mill-imwiet ta’ Ibnek Ġesù Kristu, Sidna, għoġbok tferraħ id-dinja, agħtina, nitolbuk, li b’Ommu l-Verġni Marija, niksbu l-ferħ tal-ħajja ta’ dejjem. Bi Kristu Sidna. Ammen.
Glorja. (x3)
Ċ: San Ġużepp ta’ qalb safja. P: Itlob għalina.
Ċ: Agħtihom, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. P: Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom.
Ċ: Jistrieħu fis-sliem. P: Ammen.
6. Magnificat
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael, qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu – bħalma wiegħed lil missirijietna – b’riżq Abraham u nislu għal dejjem.
Luqa 1:46-55
7. Sliem għalik, kewkba tal-baħar – Ave Maris Stella
Sliem għalik, kewkba tal-baħar, Omm qaddisa u kbira t’Alla, dejjem Verġni bla mittiefsa, bieb il-hena u ferħ tas-sema.
Ilqa’ l-“Ave” li bil-qima Gabrijel qed isemmagħlek, ibdel fiha l-isem t’Eva ħalli jerġa’ s-sliem fid-dinja.
Qaċċat kull irbit lill-ħatja, ġib id-dawl lill-għomja kollha, biegħed minna l-ħażen tagħna, niżżel fuqna l-ġid tas-sema.
Uri li tassew int Ommna. wassal talbna quddiem Alla, li fi ħnientu twieled minnek biex issir għalina bniedem.
Verġni fost kulħadd magħżula, ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq, itlob ’l Ibnek biex jagħtina maħfra, safa u spirtu ħlejju.
Għinna ngħaddu ħajja mseddqa, żommna sħaħ fit-triq iż-żgura, sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Ammen.
8. Talba lill-Verġni Mqaddsa Marija (1)
Ja faraġ waħdieni tiegħi, nida divina, solliev għan-nixfa tiegħi, xita nieżla mingħand Alla fuq il-qalb bierda tiegħi, dawl jiddi fid-dlam ta’ ruħi, mogħdija għall-mixi tiegħi, għajnuna għad-dgħufija tiegħi, satra tal-għera tiegħi, għana fil-miżerja tiegħi bla għadd, duwa għall-ġrieħi tiegħi bla fejqan, tmiem tad-dmugħ u tal-ilfiq tiegħi, ħelsien minn kull għelt, faraġ fin-niket tiegħi, ħelsien mill-jasar tiegħi, tama tas-salvazzjoni tiegħi…
Hekk ikun, ja Sidti; hekk ikun, ja kenn tiegħi, ħajja u għajnuna tiegħi, ħarsien u glorja tiegħi, tama u fortizza tiegħi.
Ġermanu ta’ Kostantinopli
9. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (2)
Sliem għalik, għanja tal-kerubini u foħrija tal-anġli. Sliem għalik, sliem u hena tal-bnedmin kollha. Sliem għalik, ġnien mimli bil-ġid. Sliem għalik, ja għuda tal-ħajja. Sliem għalik, blata ta’ dawk li jemmnu u post ta’ min ikun ser jegħreq.
Sliem għalik, sieħba ġdida ta’ Adam. Sliem għalik, rahan ta’ Eva. Sliem għalik, għajn tal-grazzja u tal-ħajja bla tmiem. Sliem għalik, maqdes l-iżjed qaddis. Sliem għalik, tron tal-Mulej.
Sliem għalik, ja Omm ta’ Kristu, Iben t’Alla l-ħaj, li lilu jixirqu l-glorja, il-ġieħ, il-qima u t-tifħir, issa, dejjem u kullimkien. Ammen u għal dejjem.
Efrem tas-Sirja
10. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (3)
Sliem għalik, Omm l-hena tas-sema. Sliem għalik, int li tkebbes fina l-ferħ. Sliem għalik, tron tal-hena li ssalva. Sliem għalik, int li toffrilna l-hena ta’ dejjem. Sliem għalik, post mistiku ta’ hena li ma titfissirx.
Sliem għalik, qasam xieraq tal-hena waħdanija. Sliem għalik, għajn imbierka tal-hena bla tarf. Sliem għalik, teżor divin tal-hena bla tmiem. Sliem għalik, Omm Alla.
Min jista’ juri l-glorja tiegħek? Min jista’ jirrakkonta l-misteru tiegħek? Min se jxandar il-kobor tiegħek?
Int li kont ta’ ġieħ għall-bnedmin, int li sbaqt l-eżerċti tal-anġli, int li għaddejt lil kull ħolqien. Aħna nistqarruk. Sliem għalik, mimlija bil-grazzja.
Sofronju ta’ Ġerusalemm
11. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (4)
O Marija, medda tas-sema, pedament tal-art, profondità tal-ibħra, dawl tax-xemx, sbuħija tal-qamar, sebh tal-kwiekeb tas-sema…
Il-ġuf tiegħek nissel ’l Alla, lil Dak li l-majestà tiegħu tbeżża’ lill-bniedem. Ħdanek kellu fih il-faħam jaqbad. Irkubbtejk rażżnu lill-iljun, Dak li l-majestà tiegħu hi tal-biża’.
Idejk messew lil Dak li ma jistax jintmess u n-nar tad-divinità li hemm fih.
Subgħajk jixbhu t-tnalja taħraq li biha l-profeta rċieva l-faħam tal-għotja tas-sema.
Inti l-qoffa ta’ dan il-ħobż ta’ nar jaqbad u l-kalċi ta’ dan l-inbid.
O Marija, nitolbuk biex, kif ma tinfiridx il-qatra ilma mill-inbid, hekk aħna ma ninfirdux minnek u minn Ibnek.
Anafora Etjopika
12. Talba lill-Verġni mqaddsa Marija (5)
O Sinjura tiegħi, Omm tiegħi, jiena noffri ruħi kollni lilek, u bħala xhieda tad-devozzjoni tiegħi lejk, noffrilek għajnejja, widnejja, fommi, qalbi, lili nnifsi, u kollni kemm jien. La jiena kollni tiegħek, o Omm kollok tjieba, ħarisni u aqbeż għalija bħala ħaġa tiegħek u li qiegħda f’idejk - San Bernard
13. Invokazzjonijiet lill-Verġni Mqaddsa Marija
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li fil-konċepiment immakulat tiegħek ġejt imsawra mill-Ispirtu s-Santu, tabernaklu magħżul tad-divinità, itlob għalina. P: U agħmel li l-istess Spirtu s-Santu jiġi ma jdumx biex iġedded il-wiċċ tal-art. Sliema.
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li fil-misteru tal-Inkarnazzjoni ġejt mgħollija mill-Ispirtu s-Santu għad-dinjità ta’ Omm vera ta’ Alla, itlob għalina. P: U agħmel…
Ċ: Marija, xebba l-aktar safja, li waqt li kont titlob fiċ-ċenaklu flimkien mal-appostli, ksibt il-milja tal-Ispirtu s-Santu, itlob għalina. P: U agħmel…
Ċ: Ejja Spirtu qaddis, imla l-qlub tal-fidili tiegħek u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.
14. Ftakar, ja l-iżjed ħanina
Ftakar, ja l-iżjed ħanina, Omm u Verġni Marija, li qatt ma nstama’ fid-dinja li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek, talbek l-għajnuna jew fittex li tidħol għalih, u inti ma smajtux. Imqanqal minn dan il-ħsieb, għal għandek niġri, ja Verġni u Omm tiegħi; għandek niġi, quddiemek noqgħod, midneb u niedem, ja Omm l-Iben t’Allamagħmul bniedem. La tistmerrx it-talb tiegħi, iżda ismagħni u weġibni. Ammen. - San Bernard ta’ Clairvaux
15. Insejjaħ lilek, Marija
Meta jqumu l-irwiefen tat-tentazzjoni, meta niġi mitfugħ fuq is-sikka tat-tribulazzjoni, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.
Meta niġi mkaxkar mill-mewġ tas-suppervja, tal-ambizzjoni, tal-kalunja, tal-għira, inħares lejn il-kewkba, insejjaħ lilek, Marija.
Meta nħossni mtaqqal bi dnubieti kotrana, imħawwad fil-kuxjenza, imbeżża’ mill-ġudizzju, maħkum mid-dwejjaq u d-disperazzjoni, niftakar fik, Marija.
Fil-perikli, fil-biża’, fl-inċertezza, niftakar fik u nsejjaħ lilek, Marija.
Inżommok dejjem fuq fommi, inżommok dejjem fil-fond ta’ qalbi, Omm tiegħi, Marija.
Adattata minn talba ta’ San Bernard ta’ Clairvaux
16. Konsagrazzjoni lill-Verġni Mqaddsa Marija
O Marija, xebba ta’ setgħa u Omm tal-ħniena, Sultana tas-sema u kenn tal-midinbin, aħna nikkonsagraw ruħna lill-qalb tiegħek bla tebgħa. Aħna nikkonsagrawlek lilna nfusna, il-ħajja tagħna kollha kemm hija, dak kollu li għandna, dak kollu li nħobbu, dak kollu li aħna. Lilek nagħtu ġisimna, qalbna u ruħna. Lilek nagħtu djarna, il-familji tagħna u art twelidna. Aħna rridu li dak kollu li hemm fina u madwarna jkun tiegħek u li jkollu sehem mill-ġid tal-barka tiegħek ta’ Omm.
Sabiex din il-konsagrazzjoni tkun tassew ta’ ġid u tibqa’ sħiħa, aħna nġeddu llum f’riġlejk, o Marija, il-wegħdiet tal-magħmudija u tal-ewwel tqarbina tagħna; aħna nagħtuk kelma li nistqarru dejjem u bla biża’ l-veritajiet tal-fidi, li ngħixu ta’ Kattoliċi f’kollox, taħt it-tmexxija tal-Papa u tal-isqfijiet maqgħudin miegħu. Aħna nwegħduk li nħarsu l-kmandamenti t’Allau tal-Knisja, u fuq kollox it-tqaddis tal-Ħdud. Aħna nagħtuk kelma li ndaħħlu fil-ħajja tagħna, sa fejn nistgħu, it-taħriġ ħelu tar-reliġjon Nisranija u fuq kollox it-tqarbin imqaddes.
Fl-aħħarnett, aħna nwegħduk, o glorjuża Omm Alla u Omm ħelwa tal-bnedmin, li b’qalbna nagħtu ruħna biex inxerrdu l-qima mbierka tiegħek, sabiex, bis-saħħa tas-Saltna tal-Qalb tiegħek bla tebgħa, inħaffu li tiġi u sseħħ is-Saltna tal-Qalb imqaddsa ta’ Ibnek Ġesù, fir-ruħ tagħna u fir-ruħ ta’ kulħadd, fil-maħbuba art twelidna u fid-dinja kollha, fl-art u fis-sema. Ammen.
17. Taħt il-ħarsien tiegħek – Sub tuum praesidium
Taħt il-ħarsien tiegħek, nistkennu, Omm qaddisa ta’ Alla. La tistmerrx it-talb tagħna fi ħtiġijietna, iżda eħlisna dejjem minn kull tiġrib, o Verġni glorjuża u mbierka.
18. Libsa ta’ ġieħ lil Marija – Vestis honoris
Ċ: Alla għażel lil Marija biex tkun Ommu. P: Alla għażel lil Marija biex tkun Ommu.
Ċ: Dak li hu fuq kulħadd sar l-Iben tagħha. P: Għażel lil Marija.
Ċ: Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. P: Alla għażel lil Marija biex tkun Ommu.
Ċ: Lil Marija, Alla qiegħed. P: Sidt tal-opri ta’ jdejh.
Sinjura tas-sema, tkun lilek qima. Sinjura tax-xemx, tkun lilek qima. Sinjura tal-qamar, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-kwiekeb, tkun lilek qima. Sinjura tan-nar, tkun lilek qima. Sinjura tad-dawl, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-art, tkun lilek qima. Sinjura tal-baħar, tkun lilek qima. Sinjura tal-għejjun, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-jum, tkun lilek qima. Sinjura tal-lejl, tkun lilek qima. Sinjura taż-żminijiet, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-borra, tkun lilek qima. Sinjura tal-beraq, tkun lilek qima. Sinjura tas-sħab, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tat-tajr, tkun lilek qima. Sinjura tal-ħut, tkun lilek qima. Sinjura tal-annimali, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-fjuri, tkun lilek qima. Sinjura tal-frott, tkun lilek qima. Sinjura tas-siġar, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tar-riħ, tkun lilek qima. Sinjura tal-abissi, tkun lilek qima. Sinjura tal-ilmijiet, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-qawwija, tkun lilek qima. Sinjura tal-għorrief, tkun lilek qima. Sinjura tal-qaddisin, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tas-slaten, tkun lilek qima. Sinjura tal-bnedmin, tkun lilek qima. Sinjura tal-ispirti, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tal-ħajja, tkun lilek qima. Sinjura tal-mewt, tkun lilek qima. Sinjura tal-ħakkiema, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura tad-dinja, tkun lilek qima. Sinjura ta’ kulma jidher, tkun lilek qima. Sinjura tal-anġli, tkun lilek qima. Sinjura u Omm tagħna, kun int għalina.
Sinjura u Omm tagħna, tkun lilek qima għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
San Ġorġ Preca
19. Sliem, bint il-Missier – Salve, filia Patris
Sliem għalik, bint il-Missier. Sliem għalik, Omm l-Iben ta’ Alla. Sliem għalik, għarusa singulari tal-Ispirtu s-Santu. Marija, Verġni, tassew li inti kbira. Għaliex ħwejjeġ kbar għamel miegħek dak li hu setgħani, u li ismu hu tal-biża’ u qaddis.
San Ġorġ Preca
20. Tislima lill-Verġni Mbierka
Sliem għalik, o Sinjura qaddisa, u Sultana Omm imqaddsa ta’ Alla, Verġni li sirt Knisja!
Magħżula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema, u minnu kkonsagrata, flimkien ma’ Ibnu l-għażiż u l-aktar qaddis, u mal-Ispirtu s-Santu, id-difensur.
Fik kien hem u hemm
il-milja tal-grazzja u ta’ kull ġid.
Sliem għalik, palazz tiegħU, sliem għalik, tabernaklu tiegħU, sliem għalik, dar tiegħU. Sliem għalik, ilbies tiegħU, sliem għalik, qaddejja tiegħU, sliem għalik, Omm tiegħU!
U sliem għalikom ilkoll, virtujiet qaddisa lkoll kemm intom, li bil-grazzja u d-dawl tal-Ispirtu s-Santu tiġu msawba fil-qlub tal-fidili, biex minn nies li ma jemmnux tagħmluhom jemmnu f’Alla.
San Franġisk ta’ Assisi
21. Antiphona B.V.M. Immacolata Conceptio
Beata mater et intacta virgo, gloriosa regina mundi, intercede pro nobis ad Dominum.
22. Fis-Salib il-fidwa tiegħi
O Marija, int ħassejt qalbek tinqasam meta mxejt ma’ Ibnek Ġesù tul it-triq tal-Kalvarju, u batejt int ukoll għax rajtu jbati bla ħtija.
Taħt is-salib, inti wrejt ruħek bħala mara ta’ fidi u dixxiplu ta’ Ġesù, li fetħilna t-triq għas-sema bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu; fuq is-salib feda n-nuqqasijiet tagħna lkoll u wriena kif inġorru s-salib tagħna.
Inti kont taf li fis-salib hemm il-glorja, fit-tbatija hemm ir-rebħ u fil-mewt hemm il-ħajja.
Nitolbok, o Marija Addolorata, itlob għalija biex jien ukoll nagħraf li permezz tat-tbatija nista’ nissaffa minn dnubieti, li permezz tas-salib jien ġejt salvat, għaliex fis-salib hemm il-fidwa.
Għalhekk, itlob għalija, biex meta s-salib jagħfas fuqi u x-xitan jipprova jikkonvinċini li Alla nsieni, jiena nifhem li dak is-salib qed jippermettih Alla f’ħajti biex jiena nkun nista’ ningħaqad aktar ma’ Ibnek Ġesù mislub.
Dan nitolbok, o Marija Addolorata, f’isem Ibnek u ħuna Ġesù Kristu. Ammen.